Home page – right column – Odyssey project
Odyssey project
Meeting the Odyssey huwa proġett kollaborattiv fuq livell soċjali u artistiku li se jibda mill-Baħar Baltiku u jasal sal-Mediterran. Matul is-sjuf tal-2014, l-2015 u l- 2016, artisti u organizzaturi minn pajjiżi differenti fl-Ewropa se jkunu qed ibaħħru flimkien, filwaqt li jagħmlu workshops u rappreżentazzjonijiet tax-xogħol teatrali mħejji għall-proġett. Dan se jiġbor flimkien elementi mill-ġrajja tal-Odissea, temi kontemporanji rilevanti għall-Ewropa u stejjer miġbura permezz ta’ skambji ma’ nies tal-post. Barra minn hekk, il-proġett Meeting the Odyssey huwa vjaġġ, li se jlaqqa’ individwi flimkien permezz ta’ proċess mifrux fuq numru ta’ snin, li se jesplora orizzonti artistiċi ġodda – kif ukoll attitudnijiet kulturali – b’mod li jiżviluppa sinerġiji fuq livell Ewropew.